Kontenitur fejn fl-antik kien jinżamm il-ġelat f’temperatura kiesħa biex dan ma jinħallx.  ĠELAT TAL-BEZZUN   Dan hu dak il-ġelat, l-aktar granita li jisserva wara li jittella’ bil-kuċċarun jew mgħarfa minn dan il-kontenitur. Il-bezzun tal-ġelati kien jintuża biex jinħadem il-ġelat fih. Kien jgħaqqad il-ħalib, il-krema, iz-zokkor u l-essenza biex isiru ġelat. Il-ġelat kien jitqiegħed ġol-frak tas-silġ miżjud bil-melħ. Il-melħ iniżżel it-temperatura miinn 0 ċentigradi għal -4, u b’hekk jgħaqqad is-silġ. Fl-istess ħin li jkun qiegħed jiġri dan s-silġ jibqa’ jdur fil-bezzun biex il-ġelat ikun jista’jagħqad. Mingħajr id-dawrien it-taħlita tal-ħalib ma kinetx issir. Il-ġelat jibqa’ fil-bezzun sakemm dan jitqassam 2. Nefħa fil-ġisem, li norm. titla’ meta wieħed jaqla’ xi daqqa. Etim. Sqal. bozzone M. nefħa; bozza jew oġġett minfuħ. 3. Għamla ta’ ħobż (fancy bread) li norm. jittiekel bħala ikla ħafifa, waqt xi ħarġa fil-kampanja jew fuq ix-xogħol. Etim. Sqal. pizzuoni; Tal. pezzo.