1. Logħba sempliċi tat-tfal fejn tiddaħħal ħajta twila fit-toqob tal-buttuna u meta tinġibed il-ħajta l-buttuna tibda ddur fuqha nnifisha waqt li titriegħed kemm tiflaħ.  2. Logħba oħra, din id-darba tal-azzard, pjuttost qisha tombla, li tintlagħab fuq bord b’disinn li jkollu 36 kaxxa – hemm ukoll logħbiet li għandhom 42, 60 u 70 kaxxa – u f’kull waħda minn dawn il-kaxxi hemm tpinġija ta’ figura dejjem differenti mill-oħra. Din il-logħba tintlagħab bejn bosta nies u titmexxa minn xi ħadd li ma jkunx qed jipparteċipa bħala lagħbi. Tal. biribisso/i – dan kien l-isem ta’ logħba li kienet bdiet tintlagħab fl-Italja fi żmien il-Medjuevu. Ara: www.neteditor.it. F’din il-logħba jittellgħu 36 pedina minn ġo borża (jew numri oħra skont in-numri ta’ kemm hemm kaxxi). 3. Farfett tad-dqiq. Ing. meal moth. Is. xj. Plodia interpunctella. Sorsi: J.A. u E.S.I. Ħajr: Anton F. Attard