1. Aġġ. fem. għal mogħża ta’ lewn imħallat bejn iswed, griż u kannella. Mogħża bi dbabar bojod u suwed.  2. DULLIEGĦA BELQA   Dulliegħa li minn ġewwa tkun għadha qiegħda tieħu l-kulur tagħha, sinjal li għadha ma hix matura biżżejjed biex tittiekel.  BELQI/JA   Appel. għal kwalunkwe ħaġa ta’ kulur imħallat bejn iswed u abjad.  BLIEQ  v. li jfisser li oġġett minn skur beda jiċċara xi ftit.  BELQ IN-NHAR   Appel. għal sbieħ il-jum. Sorsi: E.S.I. u J.A.