1. Isem ta’ mostru li dahri kienu jbeżżgħu t-tfal bih. Il-belliegħa kienet suppost tgħix fil-bir, u lit-tfal kienu jbeżżgħuhom li jekk jixirfu rashom fuq il-ħerża tal-bir il-belliegħa kienet tiblagħhom. 2. Hemm ukoll riferenza għall-baħar li jitla’ l-art bħala ‘l-belliegħa’.  3. Rif. għal kosta in ġenerali. ‘the common shore.( F.V. 1831) 4. Mejjilla (F.V. 1831).  5.   Sotterran, fond bla tarf. Qabb.  v. bela’. 6. Il-belliegħa tista’ tkun ukoll għar li jibla’ n-nies. Skont il-leġġenda l-belliegħa belgħet is-seba’ tfajliet sbieħ ta’ Selika. Il-belliegħa hi wkoll l-isem ta’ post li jinsab fil-limiti tar-Rabat, Għawdex. Dwar is-sors tal-aħħar: Anton F. Attard. Ara: Folklore of an Island – Maltese Threshold Customs ta’ Tarcisio Zarb).