1. Is-saba’ l-kbir tal-id; l-ewwel saba’ fuq in-naħa ta’ ġewwa tal-pala tal-id, jew tas-saqajn. Wieħed jista’ jgħid eż. ‘Il-qasba qbadtha bejn is-saba’ l-werrej u l-behem.’ L-istess kelma tista’ tfisser ukoll ‘ponn magħfus sew’. 2. Id tal-ħadid li bl-Ing. tissejjaħ knuckle duster. Sors: E.S.I. Ħajr ukoll: Rita Saliba.