Bniedem, l-aktar xi tfajjel, li jkun maħbub ħafna mill-familja tiegħu. Tifel imfissed. Illum din il-kelma tintuża b’rif. għal xi ħadd li jkun midħla ta’ xi partit politiku jew inkella li hu megħjun fil-ħtiġijiet tiegħu min-nies fil-poter. Sqal. basusulu – Tal. grazzosetto. M. tifel grazzjuż. M.A.V. (1796) iffisser dan it-terminu hekk: carezze per bambini o animali domestici. It. carino, bellino.