Rif. jew laqam ġeneriku, li fl-antik kien mogħti mill-Maltin lil xi ħadd ta’razza sewda.  Dan l-appel. Oriġina meta fit-Tieni Gwerra Dinjija kienu stazzjonati f’Malta, nies suwed mal-militar Ingliż, biex  jgħinu fl-operazzjoni tal-iżbark tal-Alleati fi Sqallija (Operation Husky). X’uħud minn dawn is-suldati suwed kienu ħadmu meta saru ir-runways fl-ajruport ta’ Ħal Luqa.  Espr: ‘Għandu xufftejh bħal tal-Bażutu’. Fl-1884 Basutoland, kien territorju vast fl-Afrika t’Isfel, li kien ġie kkolonjalizzat mill-Gran Brittanja.  Wara l-Indipendenza tiegħu, fl-1966, dan il-pajjiż beda jissejjaħ Lesotho.