Il-Bażilika kienet il-forma oriġinali tal-ewwel knejjes tal-Insara. L-idea ttieħdet mill-bini tal-Qorti Rumana, fejn kienu jiltaqgħu f’daqqa ħafna nies. Fil-Knisja Kattolika jeżistu biss erba’ Bażiliki maġġuri, li kollha kemm huma jinsabu f’Ruma, u li fihom hemm is-sede tal-Papa. Il-Bażiliki l-oħra kollha fid-dinja – mal-1,400 huma kollha minuri u titulari. Fil-gżejjer Maltin jeżistu għaxar bażiliki minuri, li ħamsa minnhom qegħdin Għawdex. Dawn huma mniżżla hawn kronoloġikament skond meta ġew mogħtija dan it-titlu:

Tas-Salvatur, Ħal-Lija
Tal-Porto Salvo, (1816), il-Belt
Tal-Madonna tal-Karmnu, (1895), il-Belt
It-Twelid tal-Madonna, (1921), L-Isla
Maria Bambina fix-Xagħra, (1967).
s-Santwarju Ta’ Pinu, l-Għarb (1935);
Santa Liena f’Birkirkara (1950);
San Ġorġ fir-Rabat, Għawdex (1955);
Parroċċa tal-Għarb iddedikata lill-Viżitazzjoni, (1967)
San Pietru u San Pawl, n-Nadur (fl-1967).
ta’ Bażilika, per eż. dik tad-Duluri f’Ħaz-Żebbuġ Malta, u dik tal-Patroċinju fl-Għasri.

F’dawn il-Bażilki naraw simboli li jirrappreżentaw id-dinjità tagħhom. Dawn is-simboli, għalkemm mhux dejjem fid-dieher, huma: a) it-tribuna li hi bħal tużell mwieżen minn kolonni tal-irħam mibnija madwar l-artal maġġur. Fuq barra tal-knisja, eżattament fuq it-timpanum, hemm is-Salib Papali li għandu tliet traversi. Il-conopeum, jew kif inhu magħruf aħjar l-umbrellun, bil-qanpiena żgħira mdendla, (imsejħa bil-Lat. t- tintinnabulum).