Kwantità ta’ materjal, norm. merkanzija kemm timla’ dgħajsa. Miżura fil-kostruzzjoni li titkejjel kull tlittax-il kantun. E.B. Vella jagħmel użu minn din il-kelma f’dan is-sens fil-ktieb tiegħu, Storja tal-Mosta Bil-Knisja Tagħha, meta jikkwota mill-arkivji tal-knisja tal-Mosta: …’niltaqgħu mal-ħaddiema li kienu jiġbdu l-katina, li kienu mħallsin bi 3 karnijiet (2½d) għal kull barkata [ġebel] li jtellgħu.