jew birjola: Beritta żgħira; berittin bil-ġummiena bħal tal-milsa. Qawl: Il-fartas la tmisslux il-birjola. – jiġ. wieħed għandu joqgħod attent li bil-kliem u l-aġir tiegħu ma jikxifx id-difetti ta’ ħaddieħor. Skont M.A.V. (1828) li tkun qargħi kien ta’ mistħija jew ta’ diżunur, għaliex wieħed kien ikun imqabbel mal-bonavolji, dawk il-qaddiefa tax-xwieni li, skont M.A.V., kienu nies mill-agħar. Il-bonavolji kienu jqaxxru xagħarhom biex jintgħarfu. Jista’ jkun għaldaqstant li l-fartas kien jgħatti l-qargħa kemm jista’ jkun biex ma jaqlax xi kumment li seta’ jbaxxieh.