Is-saqaf tal-injam fuq it-tromba tal-mitħna tar-riħ li jkun forma ta’ lembut jistrieħ wiċċu ’l isfel. Dan ikun miksi bil-qatran biex l-ilma tax-xita jiżloq minn fuqu. Fl-istess ħin il-barjol iservi bħala saqaf li jgħatti t-tromba magħmula minn struttura fit-tond tal-ġebel. Il-barjol iserraħ fuq l-istrinġi biex meta dan jiddawwar minn ġewwa t-tromba, il-barjol idur ukoll u miegħu jiddawru l-qlugħ fid-direzzjoni ta’ minn fejn ikun qiegħed jonfoħ ir-riħ.  Ara: L-Imtieħen tat-tħin tal-Qamħ fil-Gzejjer Maltin, Clifford Vella.