1. Ġiżirana aktarx tad-deheb, twila u rqiqa li ddur kemm-il darba mal-għonq u tinżel fuq is-sider. Il-barbazzal hu wieħed mill-oġġetti preferuti li l-omm tgħaddi lill-bintha bħala wirt personali jew rigal ta’ xi okkażjoni. Din il-kelma ġieli tirriferi wkoll għaċ-ċinga tad-deheb li magħha jiddendel l-arloġġ tal-but. Din però, ħafna jafuha bħala polka. 2. Iċ-ċinga tal-ġild li tinżel taħt geddum iż-żiemel jew bhejjem tal-ġarr biex biha dawn ikunu kkontrollati tajjeb mir-rikkieb. Hawn min jgħid li t-tul tal-barbazzal għandu jkun speċifiku, jiġ. 50 ċm. Sqal. barbazzali / varvazzali