Mis-seklu sbatax sas-seklu għoxrin, Il-kosta tal-Afrika ta’ Fuq, mill-Marokk sal-Libja, kienet magħrufa bħala il-Kosta tal-Barbarija. Dak iż-żmien il-qawwiet marittimi Ewropej kienu jsalpaw regolarment fil-Mediterran biex jattakkaw il-kursara tal-ibliet tal-Afrika ta’ Fuq, eż., Tunis, Alġier, Tripolitana, Ġerba u Bona.  Eż. ta’ wieħed minn dawn l-attakki kien dak ta’ Ħammamet fit-Tuneżija, fl- 1605. F’dan l-attakk, ix-xwieni Maltin kienu f’alleanza ma’ dawk Spanjoli. Idj. ‘Qisek Tork tal-Barbarija’.  Oriġ. barbaroi kienet rif. li taw l-Ewropej lin-nies li ma kinux jitkellmu l-lingwa Griega jew Latina. Fatt li hu msemmi wkoll fl-episodju tan-Nawfraġju ta’ San Pawl f’Malta (Atti 28.) meta San Luqa jirriferi għall-Maltin bħala barbaroi. L-istess, in-nies tal-Afrika ta’ Fuq kienu magħrufa bħala Barbari għaliex l-ilsien tagħhom kien stramb għall-aħħar f’widnejn il-popli l-oħra tal-Mediterran. It-tribujiet tal-muntanji fil-Marokk jissejħu beriberi.  X’aktarx din il-kelma ġejja mill-Għ. bar-bar li tfisser tgedwid (onom.)