1. Kandelabru wżat fiċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi tal-Ġimgħa l-Kbira. Dan il-kandelabru kien jinxtegħel għall-Prietka tat-Tliet Sigħat, li kienet issir, jew l-Erbgħa tat-Tniebri jew f’jum il-Ġimgħa l-Kbira. Waqt iċ-ċerimonja u l-kant bil-Latin, imsejħa l-‘Lamentazzjonijiet’, minn ħin għall-ieħor kienu jibdew jintfew ix-xemgħat, waħda wara ‘l oħra sakemm tasal l-aħħar xemgħa tan-nofs li tissimbolizza lil Kristu. Mhux ċar għaliex dan il-kandelabru fih 15-il xemgħa.  2. Is. xj. Verbascum thapsus.  Tip ta’ pjanta li tikber sa żewġ metri. Din għandha użu mediċinali biex tittratta s-sogħla u anki feriti fil-ġilda. Ing. Great mullein.  Oriġ. etim. dubjuża. Biss, jista’ jkun li l-kandilabru li jissemma fl-ewwel spjega ħa l-isem minn din il-pjanta għax jixbahha mill-forma piramidali tiegħu. Jista’ jkun ukoll però, li kien il-kandelabru, li wara kollox ħoloq l-isem li wara ngħata lil din il-pjanta.  Bit-Tal. il-pjanta hija magħrufa bħala barabasso. Sors: E.S.I.