Il-ħalib meta jkun qisu krema li jagħqad waqt il-proċess tat-tisjir tal-ġobon jew tal-irkotta. Il-ħalib jagħqad meta jissaħħan u jiżdied miegħu l-qtar tat-tames. (It-tames hu dak il-qtar li jittieħed mill-istonku tal-ħaruf li jkun għadu qatt ma ħa xejn ħlief il-ħalib tal-omm). Idj: i.) ‘tari baqta’ – tingħad għal xi ikel bnin bħal laħam tari ħafna, idj: ii.) Baħar baqta – baħar kalm ħafna qisu żejt. (Damma)  baqta misjura darbtejn, ricotta. Ing. curdled milk.