Espr. li fl-antik kienet tintuża ta’ spiss minn dak li jkun biex jesprimi l-approvazzjoni tiegħu dwar xi ħaġa li tkun intqalet. Meta wieħed jgħid ‘bans!’ ikun bħal qisu qiegħed jgħid ‘Mela le!’ jew ‘Isbaħ din!’ Oriġ. din l-espressjoni ġejja minn ‘Bi ans!’ jew ‘Ħlielek bansejn.’ Vassalli jagħti t-tifsira bit-Taljan: Ti è piacuto sicuro (M.A.V., 1796). Fid-dinja Għarbija meta wieħed jixrob bis-saħħa ta’ xi ħadd jgħid, ‘B’ansejk’ – jiġ. M. ‘Bis-saħħa tiegħek!’ L-awtur Ġużè Galea juża din l-espressjoni fil-ktieb Żmien l-Ispanjoli (1937) b’dan il-mod: ‘… ikunu nsew il-ġid li jkunu raw minnek, u bħal xejn bans iduru kontra tiegħek.’ Sors: p. 48, Klabb Kotba Maltin, 2001. A. de S. ukoll isemmi din l-espressjoni: Bansajn, Si dunque! Sors: Damma.