Parti minn rima li tingħad lit-tfal iż-żgħar bħala logħob u kant. Din tingħad ħafna drabi waqt li l-omm iżżomm idejn it-tifel biex iġġiegħlu taparsi jċapċap b’idejh magħha waqt il-kant. Ir-rima tgħid hekk:

Banni bannozzi
Ġej it-tata ġej
Bil-pastizzi tal-ħabbtejn
Kollox għal (isem it-tifel/tifla)
U lil (isem ħaddieħor) ma’ ntuh xejn.

Banni hi kelma li x’aktarx turi stagħġib, bħal meta wieħed jgħid: ‘Qed tara!’ Biss, jista’ jkun ukoll li banni ġejja mit-Tal. mani – M. idejn. Banozzu hi kelma bl-Isqalli li tfisser ħobża (Sqal. pannuzzu). Sors etim: E.S.I.