L-editt, digriet jew proklama u t-tħabbira tal-liġi li tkun għadha kemm ġiet maħruġa. Fi żmien l-Ordni ta’ San Ġwann il-bandu kien jinqara fit-toroq tal-ibliet mill-banditur (l-uffiċjal inkarigat). Kien ikun hemm bandi moqrija regolarment li jittrattaw kull suġġett, per eż., kull meta kien hemm biża ta’ xi attakk mill-għadu l-bandu kien jordna li s-sidien tal-isiera biex jibgħatu l-ilsiera tagħhom fil-ħabsijiet komunali ħalli jinqaflu ġewwa.  Bandi oħra li ta’ spiss kienu jinqraw kienu jittrattaw ir-reklutaġġ taċ-ċorma biex min ikun interessat jingaġġa għal xi vjaġġ ta’ piraterija (corso).  Bandi oħrajn kien joħorġu fi żmien il-kaċċa biex issir b’mod regolat.  Kien hemm ukoll bandu li jagħti permess, anzi, jħeġġeġ il-poplu biex jipparteċipa fil-festi li l-Ordni kien jiċċelebra.  Il-bandu kien magħruf bħala l-Bandu tas-Sultan (rif. għall-Gran Mastru).  Jeżisti wkoll tip ta’ bandu ieħor li ma għandu x’jaqsam xejn mal-Ordni.  Dan huwa l-Bandu tal-Irkant. Verb: ‘hu banda’, jiġ. ħareġ proklama. Idj: ‘Mar daqqlu l-bandu – jiġ., mar jgħid ma’ kulħadd dak li jaf fuqu.