L-isem ta’ vapurett ta’ 127 pied li kien inbena bħala twin-screw-motor yacht fi Glasgow fl-1927. Dan kien inxtara minn Joseph Gasan fl-1947. Gasan kien addatta dan il-vapur żgħir biex jaqdi l-ħtiġijiet ta’ numru mdaqqas ta’ passiġġieri li jaqsmu bejn il-Marfa u l-Imġarr. Fl-1950, b’ismu mibdul bħala Banċinu, dan il-bastiment beda jintuża għall-ġarr tal-passiġġieri, kif ukoll xi tagħbija li setgħet anki tinkludi sa żewġ karozzi. Il-prezz tal-vjaġġ tal-passiġġieri fuq il-Banċinu kien ta’ xelin u nofs. Il-Banċinu dam jopera sat-23 ta’ Jannar tal-1957, meta f’maltempata li kienet inqalgħet, dan il-vapurett kien inqata’ minn mal-ħbula fejn kien irmiġġat fl-Imġarr u inkalja fuq il-blat. F’dan l-inċident kien miet l-għassies li kien xogħol fuqu. Wara, il-Banċinu kien inbiegħ lil kumpanija Griega, u ngħata l-isem ġdid tiegħu Athinai. Floku, bejn il-Marfa u l-Imġarr, kien beda jintuża bastiment ieħor, l-Imperial Eagle. Sors: Michael Cassar.