Jew bonavolja:

Qaddif tax-xwieni li kien jingaġġa ruħu volontarjament biex jaqdef bħala parti miċ-ċorma. Dan ix-xogħol iebes kien isir minn nies li ħafna drabi ma kellhomx mod ieħor kif jaqilgħu l-għajxien tagħhom. Qaddifa oħra li kienu jaqdfu fuq l-istess bank tax-xwieni kienu jkunu skjavi jew ħabsin u ma kienux jitħallsu bħal-banavolja. Il-banavolja kien meqjus bħala bniedem ta’ manjieri baxxi. Oriġ. etim. Tal.  buona voglia.