Strument magħruf ukoll bħala ‘sirena’ li kien jindaqq fi żmien il-gwerra biex jagħti l-allarm meta jkun ser iseħħ xi attakk. F’Malta, l-balomba ndaqqet mill-inqas mat-3,300 darba għax daqshekk kien hawn attakki mill-ajru. Il-balomba baqgħet tindaqq wara l-gwerra fit-Tarzna biex tinforma lill-ħaddiema l-ħinijiet tat-tibdil tax-xift. Illum il-balomba jgħidula s-sirena; tintuża f’Malta, fil-Wied ta’ Birkirkara biex tavża s-sewwieqa meta jkun hemm xi periklu tal-ilmijiet waqt xi xita qalila.  Etim. J.A. ma jagħtix spjega. Skont E.S.I. din ġejja mill-Isqalli: campana da palombaro. [Mhux ċara din ir-riferenza għaliex il-qanpiena tal-bugħaddasa ma kellha x’taqsam xejn mal-ħoss tal-qanpiena, iżda kien apparat ivvintat fis-seklu 19 biex il-bugħaddasa jinżlu taħt l-ilma ġo apparat forma ta’ qanpiena.  Jeħtieġ aktar riċerka]