Tinda li ħafna drabi tkun magħmula mid-damask, ta’ għamla tonda jew kwadra. Dan jintrefa’ minn erbat irġiel waqt il-purċissjoni, eż. f’Korpus. Il-baldakkin kien ukoll jinġarr fit-tieġ fuq l-irjus tal-għarajjes. Fi żmien l-Ordni kien jintuża baldakkin waqt xi ċerimonji biex jipproteġi l-Gran Mastru mix-xemx.  Il-baldakkin kien jintrafa’ minn erba’ nobbli ġurati. Taħt il-baldakkin kien jimxi wkoll il-Gran Prijur tal-istess Ordni li kien il-Kappillan ta’ kull Lingwa. Bit-Taljan il-baldakkin (baldacchino) jirriferi għat-tribuna tal-ġebel, irħam jew injam, mibnija fuq l-altar maġġur li ġen. tkun fi stil Barokk.