Ikla mħawra tajba u popolari ħafna, l-aktar fis-sajf ħdejn il-baħar. Ir-riċetta tikkonsisti minn basal imqatta’ u moqli, tadam u bajd imħabbat li jitħallat u jissajjar f’din iz-zalza. Idj: ‘Għamel balbuljata sħiħa’ – tingħad meta xi ħadd ikun għamel xi ħmerija kbira. Fin-Nadur Għawdex issir tip ta’ balbuljata li jsejħulha ‘xekxuka’. Dwar din tal-aħħar is-sors kien Anton Attard.