Speċi ta’ ġakketta li kienet u għadha tintlibes f’okkażjonijiet speċjali. L-oriġini tal-bakkaljawwa beda meta xi ħadd iddisinja kowt li setgħa jinqafel mill-parti ta’ fuq tal-ġisem, waqt li l-parti ta’ taħt ta’ quddiem inqatgħet b’mod biex tiffaċilita li bniedem ikun jista’ jirkeb fuq dahar iż-żiemel. Kelma oħra għall-bakkaljawwa hi ‘ġistakor’. L-isem mogħti għal dan il-ġlekk jista’ jkun forma ta’ appellativ biex jispjega ġlekk wieqaf u stirat – bħal bakkaljaw imqadded.