1. Is. xj. Trisopterus minutus. F’Malta dan l-isem jirreferi ħafna drabi għall-bakkaljaw immellaħ. Din il-ħuta ta’ kulur fiddieni fl-aħmar tikber sa 40 ċm, u tgħix f’qiegħ il-baħar bejn 10 u 300 m fond.  Il-bakkaljaw jinqabad l-aktar fl-Atlantiku f’żona wiesgħa minn bejn in-Norveġja u l-Marokk, biss jinsab ukoll fil-Mediterran.  Matul is-sekli l-bakkaljaw kien wieħed mill-ftit ħutiet li kien jiġi mqadded fir-riħ jew bix-xemx, u mbagħad jitpoġġa fis-salmura, biex ikun ikkonservat. Kien ikel tipiku l-aktar fuq il-bastimenti l-aktar waqt xi vjaġġ twil.  Oriġ.  Sp. Baccalao; Tal. Baccalà jew Ġerm. Bakkel Jau, li tfisser ħuta iebsa bħaz-zokk.  L-isem ta’ din il-ħuta bit-Tal. hu merluzzo u bl-Ing. Stockfish. Vermanent stockfish tista’ tirreferi għall kull tip ta’ ħut li jkun imqadded bl-istess mod bħall-bakkaljaw, iżda mhux ippriżervat bil-melħ.  Ing. poor / salt cod.  Fig. Bniedem niexef jgħidulu qisu bakkaljawwa.  LARINĠ TAL-BAKKALJAW    Larinġ morr u li m’għandux togħma tajba.   Il-qoxra ta’ din il-larinġa tintuża biex issir il-marmellata. Ma din is-siġra jitlaqqam il-laring, mandolin u lumi.  Appellattivi oħra bill-Malti għal dan it-tip ta’ larinġ huma ‘Zupperit’ jew ‘Qares’.  Ing.  bitter / sour / Seville orange.