Is. xj. Ficus carica.  Frott imsejjaħ hekk minħabba li dan hu bajtar li jsir fiż-żmien meta tkun iċċelebrata l-festa ta’ San Ġwann il-Battista, (24 ta’ Ġunju). Dan jikber fuq il-bajtrija, siġra li tagħmel dan il-frott darbtejn. It-tieni boton, it-tin, jilħaq u jinqata’ f’Awwissu. Biex iżomm u ma jaqax dan irid jiddakkar bid-dukkar. Tipi oħra ta’ tin hu l-farkizzan, il-parsott, it-tin ta’ Ċenċ u oħrajn. Kollu jsir f’Awwissu, u dan jista’ jitqadded fix-xemx.  Hemm ukoll tip ieħor ta’ bajtar jew tin, biss dan jinqata’ fil-ħarifa.  Idj: ‘Kemm int mitluq, qisek bajtra’, tingħad lil xi ħadd li mhuwiex fuq ruħu u li ma jafx jaħtaf l-opportunità meta jaraha quddiemu.  Sors ewlieni: Anton F. Attard.