Munita li kienet valuta li tintuża fil-Lazio mis-seklu ħmistax ’il quddiem. Fis-seklu dsatax din il-munita kienet imdaħħla fiċ-ċirkolazzjoni fl-Istati tal-Papa, u għaldaqstant kienet ukoll tintuża fil-kummerċ ta’ bosta reġjuni tal-Italja tan-Nofs. Il-bajokk kien munita tal-fidda li għall-ewwel kien jissarraf fi tnax-il dinar. Fl-1725 il-bajokk beda jkun mitbugħ mir-ram. Dak iż-żmien il-bajokk kien jiswa mitt skud Ruman. Fis-sena 1865 din il-munita ma baqgħetx tkun mitbugħa għax il-Vatikan kien iddeċieda li jintroduċi l-flus bis-sistema deċimali kif kienu qegħdin jagħmlu dak iż-żmien bosta pajjiżi Ewropej. Minflok il-bajokk kien daħal is-sold. Il-bajokk kien ukoll jintuża fi Sqallija. Din il-munita hi inkluża mal-bqija tal-kliem miġbur fid-Dizionario Portatile ta’ F. Vella (1843). E.S.I. jgħid li din il-munita kienet tiswa żewġ dirdiniet jew sold Ruman. Ara: SOLD. Tal. baiocco.