Jew baċin inkella baċil:

Oriġ. dan kien  speċi ta’ banju kbir imħaffer fil-blat u mimli bl-ilma, fejn fi żmien l-Ordni ta’ San Ġwann, kien jintuża bħala parti mill-arsenal biex jinħażen l-injam. Dan il-baċir kien jinsab fid-daħla ta’ ġewwa nett fil-bajja ta’ Bormla.  Il-baċiri eżistenti llum żviluppaw fi żmien l-Ingliżi, biex isir xogħol fihom ta’ tiswijiet, fejn il-bastiment ikun kollu kemm hu barra l-ilma. B’kollox tħaffru ħames baċiri fuq iż-żewġ naħat tal-Isla, u kollha kienu jaħdmu b’magni idroliċi. Il-baċiri fit-Tarzna nbnew b’din is-sekwenza:

1848 – Baċir numru 1 fil-Qala ta’ Bormla

1862 – Baċir numru 2

1871 – Baċir numru 3 (s-Somerset Dock) fil-bajja ta’ Għajn Dwieli

1892 –Baċir numru 4 (Hamilton Dock)

1902 – 1907 inbnew Baċiri numru 4 u 5.

1979 – Red China Dock inawgurat 1981.

Tal.   bacino eż. bacino Mediterraneo. Tal. bacino navale.  Ara: TARZNA   Ara: ‘The Royal Dockyards – Old and New Documents’ ta’ Ant. Zammit Gabaretta, Melita Historica Vol VIII, 1980; ‘The Malta Docks’ minn A Miscellanea of Maltese Records,  ta’ J.M. Wismayer; A Chronicle of  Twentieth Century Malta ta’ Bonnici Joseph u Michael Cassar.

BAĊIR  2. F’sens ekklesjastiku u folkloristiku din il-kelma kienet tirreferi għal trofew imżejjen bil-ħbejżiet tal-injam, u li f’nofsu jkun hemm statwetti ta’ qaddisin.  Dawn kienu jinġarru fil-proċessjoni tal-Madonna tal-Karità fil-Birgu, biex imbagħad il-ħobż jitqassam lill-fqajrin. Sors ta’ din l-informazzjoni: Lorenzo Zahra