L-isem bil-Malti li l-Maltin kienu jsejħu l-port ta’ Odessa li jinsab fil-Baħar l-Iswed. Idj: ‘Qisu barri ta’ Awdissa’ – rif. li fiż-żmien l-antik kienet tingħad għal xi bniedem li hu b’saħħtu u mibni sew. Paragun mal-barrin li kienu, fi żmien tas-seklu dsatax u għoxrin, ikunu impurtati minn Odessa, li llum jagħmel mal-Ukrajina. Dak iż-żmien, Odessa kienet tagħmel parti mir-Russja, imbagħad bejn l-1922 sal-1991 taħt l-Unjoni Sovjetika.