Kull tip ta’ ħsara li tista’ ssir fuq makkinarju jew oġġetti bħal merkanzija. Illum din il-kelma tirriferi l-aktar għax-xogħol tal-ġebel jew tal-injam meta l-oġġett ma jkunx inħadem b’mod li jaqbel u preċiż mal-oġġett li miegħu suppost jeħel, jew inkella jkun qed ixaqleb lejn naħa jew oħra. Eż:Il-frejm tat-tieqa għandu avarija ta’ nofs ċentimetru min-naħa t’isfel sa fuq’ – dan jimplika li x-xogħol fl-injam tal-frejm ma sarx bi preċiżjoni u għaldaqstant jista’ jkun hem xi diffikultà biex ix-xogħol ikun komplut sew.