Jew (asperġes)

Oġġett tal-metall f’għamla ta’ ċilindru żgħir b’boċċa fit-tarf. Dan l-oġġett jintuża miċ-ċelebrant għat-tberik f’ħafna okkażjonijiet liturġiċi, bħal per eż. fil-quddiesa, waqt it-tberik tad-djar, tberik tal-annimali, waqt id-dfin, jew għat-tberik tal-qniepen, eċċ. Is-saċerdot ibill l-asperġes fis-satla bl-ilma biex  jbierek bih. Dan ifakkarna li l-ilma hu simbolu li bih l-Insara jkunu mnaddfa hekk kif jitgħammdu bl-ilma. It-tberik bl-ilma jgħin biex iżomm il-ħażen ’il bogħod. F’diversi reliġjonijiet it-tberik isir billi ċ-ċerimonjier juża qatta friegħi ta’ pjanti partikulari, bħaż-żebbuġ. Lat. asperges: M. Int roxx l-ilma’ meħuda mill-ewwel kelma tal-vers 9 tas-Salm 51. Lat. aspersorium.