ARĊIPIELGU / ARĊIPIERGU, L-   Inħawi ta’ abitazzjoni fil-Belt Valletta, li jagħmlu mal-paroċċa ta’ San Pawl. Hawn dahri kienu jgħixu pjuttost il-familji foqra. Il-blokki tal-bini ta’ dawn l-inħawi twaqqgħu fl-1972, biex inbnew oħra ġodda flokhom. L-oriġ. tal-kelma ġejja mit-Taljan li tfisser zona partikulari ta’ residenza. Il-kelma arcipelagoġejja mill- Gr: Aigaion Pelagos, li bil-Malti tfisser ‘Il-Baħar Eġew’. Fil-kuntest tal-bini u l-inħawi ta’ din il-parti tal-Belt Valletta, din l-ispjega ma tagħmilx sens. Biss, fit-Taljan hemm tifsira oħra aktar preċiża għal kuntest li qed nirreferu għalih: complesso, raggruppamento ampio e irregolare di cose o persone. unione (isole) di gruppi o comunità isolate una dall’altra affini di condizione socio-politiche. Għaldaqstant, hu ferm probabbli li dan l-ambjent partikolari tal-Belt inagħta dan ir-riferiment. Niftakru wkoll fit-titlu tal-ktieb ta’ A. I. Solženicyn, ‘The Gulag Archipelago’ (1974), fejn il-kelma tintuża f’dan is-sens. Sors: Encikopedija Trecanni