Magħruf ukoll bħala ‘mallut’. Tip ta’ drapp magħmul mis-suf li kuluru jagħti fl-abjad. Vassalli jiddiskrivi dan id-drapp bħala stoffa ordinaria. E.S.I. jgħid li dan id-drapp kien jinħadem jew mis-suf,jew mill-ġild tan-nagħaġ jew tal-mogħoż, biex isiru l-kutri u l-kabozzi tal-patrijiet. Etim. Tal. albagio – tip ta’ drapp tas-suf; albo – M. abjad. Sors: M.A.V. (1796) u Vella (1843).