Idj:  Antik daqs Pizzolu. Oġġett antik u li ma jibqax ta’ valur jew użu. Pizzolu hu isem li l-Maltin kienu jsejħu lil Pozzuoli, belt żgħira mal-kosta, ħdejn Napli, fejn instabu fdalijiet antiki Rumani. Il-kuntatt tal-Maltin ma’ din il-belt jista’ jkun ikbar milli nistgħu nissoponu. Kien hawn fejn San Pawl, wara li ħalla ’l Malta fuq il-bastiment kien niżel l-art biex finalment jkompli l-vjaġġ tiegħu lejn Ruma. Ta’ min jgħid li meta kien inbena l-Akwadott ta’  Wignacourt, it-taħlita tas-siment biex jgħaqqad il-ġebel kien tat-tip il-‘pozzolana’. Dan hu tip ta’ trab li ġej mill-ġebel vulkaniku ta’ Pozzuoli. Dan it-tip ta’ siment baqa jiġi impurtat biex jintuża fuq proġetti oħra tal-bini għal bosta żmien. Tal. anticaglia.