Talba li titkanta waqt il-funzjonijiet reliġjużi, l-aktar dawk tal-festa tal-qaddis patrun. Eż., l-antifona tal-tal-Milied. Ġen. l-antifona titkanta b’mod polifoniku minn tenuri, baritoni u soprani. Dan ifisser li ħafna drabi l-kant isir b’vuċijiet individwali, inkella minn żewġ korijiet jew aktar, fejn waqt il-kant kor jikkumplimenta lill-ieħor, jiġ. hekk kif jieqaf wieħed ikompli l-ieħor. Il-kantanti jkunu akkumpanjati norm. minn orkestra żgħira. Numru minn dawn l-antifoni huma kompożizzjonijiet li jieħdu ċertu ħin. Etim: Gr. Antifononos – M. innu. Wieħed jista’ jifhem aħjar x’inhi antifona billi jfittex din il-kelma bħala video clip fuq l-internet u b’hekk jisma’ xi ftit minnhom.