Talba qasira – norm. l-Ave Maria – li tingħad filgħodu, f’nofsinhar u qabel inżul ix-xemx. L-Anġelus hu appellattiv ukoll għad-daqq tal-qniepen tal-knejjes f’dawn l-istess ħinijiet. Sa żmien is-sittinijiet, kienet id-drawwa li f’ħafna pjazez tal-irħula u l-ibliet, l-Anġelus kien jixxandar fuq il-lawdspijkers kbar tar-Rediffusion. Dak iż-żmien, dan kien l-uniku stazzjon bil-Malti, li seta’ jisimgħu kulħadd. Illum hawn diversi stazzjonijiet Maltin li mad-daqq tan-nofsinhar, ixandru t-talb tal-Anġelus, biex is-semmiegħa jitolbu flimkien mall-annunzjatur. Interessanti l-fatt li din it-talba, tagħmel parti wkoll mit-talb tal-Knejjes Luterani u Anglikani. Din it-talba tissejjaħ l-Anġelus għaliex tibda bil-kliem Latin: Angelus Domini Nuntiavit Mariae.- M. L-Anġlu t’Alla ħabbar lil Marija.