Ix-xogħol obbligatorju li l-Maltin, speċ. dawk tal-Imdina u r-Rabat, kellhom jagħmlu biex b’mod ‘volontarju’ isaħħu u jgħassu s-swar tal-Imdina. Fi żmien il-Medju Evu kienet titħejja skeda li fuqha l-irġiel ta’ bejn is-sittax u l-ħamsa u sittin sena kienu obbligati jaħdmu mingħajr ħlas f’dan il-qasam, ċertu numru ta’ ġranet fix-xahar. Agius de Soldanis (A. de S.) jiddiskrivi l-engara bħala forma ta’ impożizzjoni, jew taxxa. Kelma oħra li tfisser l-istess bħal angara hi ‘newba’.