jew arkova.

1. Arkata.   2. Kamra fid-dar li fiha l-omm kienet tiled it-tarbija tagħha. Din il-parti tad-dar kienet tkun wara l-intrata u magħluqa b’purtiera. Kienet kamra li ftit kienu dawk li jitħallew jidħlu fiha liberament. Ħlief għall-ġenituri u n-nanniet ħadd ma seta’ jidħol f’din il-kamra. Tant hu hekk illi jekk nies barranin kienu jidħlu fiha kien jinħass il-bżonn li l-kamra titbaħħar biex terġa’ tirkupra l-‘purità’ tagħha, u b’hekk it-twelid imur b’wiċċ il-ġid. Jingħad ukoll li meta tfajla tkun qiegħda tfittex ġuvni għaż-żwieġ u l-ħuttaba ġġibu d-dar biex jiltaqa’ mal-ġenituri tagħha, it-tfajla kienet tkun tista’ tarah minn wara l-purtiera tal-alkova, biex hekk hi tkun mistura minnu. Ara: Folklore of an Island ta’ Tarcisio Zarb, pp. 158-159. Ara wkoll: Drawwiet u Tradizzjonijiet Maltin ta’ Guido Lanfranco, pp. 69-78, 51.