1.Appel. għal xi ħadd li ma jimpurtah minn xejn. Xi ħadd ta’ min jibża’ minnu għax ma jridx wisq biex jaqla’ ġlieda. 2. Il-laqam tat-tim tal-futbol Furjaniż li hu l-eqdem klabb tal-futbol f’Malta (1984) ma’ dak tas-St George’s ta’ Bormla. Dan imlaqqam hekk għaliex il-qmis tal-futbol hi rrigata ħadra u bajda bħat-tim tal-Irlanda. Jingħad li fl-1905 it-team tal-Furjana li sa dak iż-żmien kien lagħab tliet logħbiet mat-tim tar-Royal Dublin Fusiliers, stazzjonat il-Furjana, kien ‘wiret u addotta’ dan il-gear meta r-riġment kien telaq lejn l-Indja. Interessanti din it-taqbila li kienu vvintaw il-Furjaniżi (Sors: Anton F. Attard). Ara: https://en.wikipedia.org/wiki/Floriana_F.C.

 

 L-Ajrix tal-Furjana

X’għamlulhom lis-Slemin

Rebħulhom it-tazzi kollha

Qassmulhom ix-xelin