1. Kelma li tintuża meta wieħed iwieġeb lill-ieħor fin-negattiv. Eż. ‘Islifni ftit flus, trid?’ … Ir-risposta tkun ‘Ajbù!’ 2. Tintuża wkoll fl-espr. ‘Ajbù għalik!’ – jiġ. ‘Imissek tistħi!’ jew ‘Mur obsor għalik!’ Etim. Sqal. oibò – M. mod kif twaqqa’ bniedem għaċ-ċajt jew li bih turi stmerrija lejn dak li ntqal.