Kelma li bil-Grieg tfisser ‘imħabba fraterna’. It-teoloġi Nsara jirrikonoxxu din it-tip ta’ mħabba bħala waħda platonika u infinità. Fil-kuntest arkeoloġiku, din il-kelma tirr. għall-ikla li kienet x’aktarx issir fil-katakombi, bħala rispett lejn il-persuna midfuna. Il-kelma hi assoċjata f’dan il-kuntest mill-arkeoloġi u mill-istudjużi tal-istorja Paleokristjana, mal-mejda tal-ġebel (triclinium) li skont l-istudjużi x’aktarx kienet tintuża biex fuqha ssir l-ikla. Din l-ikla setgħet  tissimbolizza l-aħħar ċena.