Taħwir u tiżjin b’kontorn kif jixraq l-ikel prinċipali fil-platt. Espr. ‘kollox addobbu’ – kollox magħmul kif suppost. Din tista’ tkun anki rif. dwar xi  tiżjin tad-dar. Tal. addobbare – M. iddekora dar jew id-dehra ta’ xi ħadd. Sqal. addubba, salsa di aglio, e pepe, aceto ed acqua caldacheuano i contadini. (J.A.) Qabb. it-term. tar-riċetti tal-ikel hekk imsejħa bil-Fr. en daube: M. ikel misjur bħall-istuffat.