Aġġettiv (aġġ.) li jirriferi għall-istat ħażin li tkun fih l-opraviva (jiġ. l-parti tad-dgħajsa li tkun tinsab taħt l-ilma). Etim. Tal. bruma – M. dud tal-baħar li jeħel u jgħix mat-twavel ta’ taħt l-ilma tal-bastiment. Għaldaqstant ‘abbrumat’ tfisser ‘mittiekel mid-dud tal-baħar’. Sors: E.S.I.